Tfajla ta’ 15-il sena qed tinżamm arrestata mill-Pulizija b’rabta ma’ attentat ta’ qtil li fih intużat arma li taqta’ u bil-ponta f’Ipswich, l-Ingilterra.
Jidher li l-Pulizija ssejħu fi Triq Moore f’dawn l-inħawi kmieni t-Tnejn filgħodu, wara li rċivew rapport li żewġt irġiel sofrew daqqiet ta’ arma f’propjetà privata f’din it-triq.
Il-vittmi, li għandhom 21 sena, ittieħdu l-isptar biex jingħataw il-kura li għandhom bżonn, iżda jidher li mhux qed isofru minn ġrieħi serji.