Tfalja ta’ 22 sena ġarrbet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’ħabta fin-Naxxar tard ilbieraħ filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħaxija fi triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li t-tfajla ta’ 22 sena mill-Imġarr, li kienet qiegħda ssuq vettura tal-għamla Volkswagen Polo, tilfet il-kontroll tal-vettura u ħabtet.
Fuq il-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lit-tfajla u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.