Tfajla ġarrbet ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-siegħa u kwart fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li żagħżugħa ta’ 23 sena, għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura Opel Corsa, li kienet qiegħda ssuq u konsegwentament kellha impatt ma’ siġra.
Iż-żagħżugħa, li toqgħod Ħaż-Żabbar, ittieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u aktar tard hija ġiet iċċcertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.