Olivera Ilic ta’ 21 sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija nhar id-29 ta’ Settembru 2016.
Ilic għandha xagħarha ta’ kulur kannella u twil sa spallejha, hija twila 160 cm u hija ta’ nazzjonalita’ Serba.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar Olivera Ilic jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anka b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija: 21 224 001 jew 119. Wieħed jista’ anke jgħaddi informazzjoni fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.