Tfajla minn kull erbgħa ssofri minn mard mentali minħabba problemi emozzjonali bl-aktar komuni huma d-dipressjoni u l-ansjetà. Dan ġie żvelat minn rapport mħejji mis-Servizzi tas-Saħħa Nazzjonali fl-Ingilterra.
Ir-rapport jindika li 24% tat-tfajliet bejn is-17 u d-19-il sena huma f’riskju doppju mill-ġuvintur li jgħaddu minn dawn it-tip ta’ problemi.
Dan hekk kif in-numru ta’ ġuvintur li jesperjenzaw mard mentali jlaħħaq l-10% biss.