Tfajla Maltija qed tikseb suċċess fil-Litwanja hekk kif fl-ewwel programm ta’ X-Factor Lithuania ngħatat erba’ “Yeses” wara li kantant il-kanzunetta Listen tal-artista Beyonce.
Kelsey Bellante ttantat xortiha fejn b’leħen meraviljuż saħħret l-udjenza li kienet qed issegwi dan il-konkors.
Qabel ma kantat, Kelsey spjegat kif din hi t-tielet żjara tagħha fil-Litwanja fejn mal-ewwel żjara tagħha saret tħobb lin-nies. Spjegat kif il-kant hi xi ħaġa li tixtieq tagħmel tul ħajjitha kollha fejn irringrazzjat lill-familja tagħha tal-appoġġ li jagħtuha.