Qormija ta’ 23 sena, li tinsab fi stadju avvanzat tat-tqala, tpoġġiet fuq ordni ta’ probation u kif ukoll ordni ta’ tliet snin għat-trattament għall-vizzju tad-droga, wara li ġiet mixlija b’serq aggravat b’valur ta’ €232.92.
Hija wieġbet ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha.
Il-prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużata kkoperat mal-Pulizija fejn intqal kif it-tfajla għandha problema tad-droga u kif kienet fuq police bail minħabba li tinsab fi stadju avvanzat tat-tqala.
Il-prosekuzzjoni saħqet li l-akkużata trid tingħata l-għajnuna neċessarja biex tibqa’ fuq it-triq it-tajba u tegħleb il-vizzju tad-droga.