Tfajla ta’ 27 sena ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li kienet involut f’hit and run bil-mutur.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ filgħodu fi Triq tal-Barrani f’Ħal Tarxien meta t-tfajla Bormliża li kienet qed issuq mutur ntlaqtet minn karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena minn Marsaxlokk. Ġara li malli laqat il-mutur, iż-żagħżugħ ħarab minn fuq il-post.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tfajla l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Fi ftit ħin il-Pulizija rnexxielhom isibu l-vettura fejn bħalissa ġuvni ta’ 22 sena qed jiġi mitkellem mill-Pulizija.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.