Tfajla residenti Tas-Sliema ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura wara li kienet involuta f’ħabta f’Ta’ Xbiex.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 8.45 fi Triq Abate Rigord meta seħħet ħabta bejn karozza u vann.
Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jaqilgħu l-bieba tal-karozza biex joħorġuha.
It-tfajla x’aktarx ġarrbet ġrieħi gravi.