Tfajla ta’ 22 sena mill-Kosta tal-Avorju ġiet ikkundanata sena ħabs wara li hi pruvat titlaq mill-pajjiż ma’ żewġt itfal żgħar b’dokumenti foloz.
Fil-Qorti nstema’ kif it-tfajla pruvat taħrab lejn Bergamo fl-Italja biex tmur ħdejn żewġha.
Hi ammettiet l-akkużi miġjuba kontriha, u l-Maġistrat Charmaine Galea ordnat li t-tdal jinżammu fil-kustodja tal-Aġenzija Appoġġ.