Tfajla ta’ 24 sena mil-Latvja ammettiet fil-qorti li serqet €900 minn lukanda f’San Ġiljan fejn hija kienet taħdem.
Il-każ seħħ l-Erbgħa li għadda. L-imputata ppreżentat irċevuta li hija ġa ħalset €650 ewro mit-total li serqet.
Assistita mill-Avukat tal-Għajnuna Legali Dustin Camilleri ntbgħatet sentejn ħabs sospiżi għal-erbgħa snin u ġiet ordnata tħallas il-kumplament tas-somma fi żmien tlett xhur.