Tfajla ta’ tnejn u għoxrin sena minn Ħaż-Żabbar weġgħet gravi wara li involuta f’inċident f’karozza li fiha kienet passiġġiera.
Il-każ ġara għal ħabta tas-sagħtejn neqsin kwart ta’ dalgħodu fi Triq il-Kosta n-Naxxar meta karozza tat-tip Suzuki Swift misjuqa minn żagħżugħ ta’ tlieta u għoxrin sena minn Tax-Xbiex tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla fi crash barriers.
It-tfajla ttieħdet l-isptar għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.