Raġel weġġa’ gravi u tfajla tinsab f’qagħda kritika wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Għawdex li seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tas-sitta fi Triq ix-Xwejni fiż-Żebbuġ, limiti ta’ Marsalforn.
L-inċident seħħ meta raġel ta’ tmienja u għoxrin sena minn Ħal Qormi kien qed isuq quad bike u tilef il-kontroll. Passiġġiera miegħu kien hemm Ingliża ta’ tmintax-il sena li toqgħod is-Swieqi.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku biex jassistu lill-vittmi.
Huma ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi u t-tfajla sofriet minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ infetħet inkjesta, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.