Tfajla ta’ 20 sena minn Ħaż-Żebbuġ tinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqabdet bejn żewġ vetturi waqt ħabta dalgħodu fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Minn stħarriġ preliminari irriżulta li l-inċident tat-traffiku seħħ bejn vann misjuq minn raġel ta’ 57 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vettura misjuqa minn raġel ta’ 44 sena residenti Għajnsielem.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-ħin tal-impatt, il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.