Inċident fi Triq is-Siġġiewi, l-Imqabba magħruf aħjar bħala ta’ Kandja. Sewwieqa ta’ karozza tat-tip peugeot 308 silver jidher li qabdet iċ-ċint u baqgħet tiela’ fuq karozza oħra tat-tip Peugeot 308 bajda misjuqa minn tfajla li kellha t-tarbija flimkien magħha.
Bis-sewwieqa li ħabtet fiċ-ċint se jkun qed isirilha t-test tal-breathyliser mill-Pulizija filwaqt li se tkun qed tittieħed l-isptar wara li softiet xi ġrieħi f’idejha.
Fuq il-post hawn ħaddiema mis-sezzjoni tar-rapid intervention unit flimkien ma’ pulizija tad-distrett
It-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.