Tfajla ta’ 22 sena residenti Bormla ġiet arrestata wara li nstab fil-pussess tagħha madwar 200 qartas li fihom trab abjad u trab kannella allegatament droga kokaina u eroina.
Instab ukoll ammont sostanzjali ta’ flus kontanti u affarijiet oħra li jindikaw li id-droga inkwestjoni kienet lesta sabiex tigi traffikata.
It-tfajla ġiet arrestata fi Triq is-Serkin u mistennija li titressaq il-Qorti fil- jiem li ġejjin. L-investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.