Tfajla ta’ 13-il sena minn Wisconsin l-Amerka li kienet irrappurtata nieqsa f’Ottubru wara li l-ġenituri tagħha kienu nqatlu nstabet ħajja.
Il-ġenituri ta’ Jayme Closs, kienu nstabu maqtula fid-dar tagħhom is-sena l-oħra.
Skont il-midja lokali huwa mifhum li Jayme kienet ħarbet mid-dar qrib Gordon f’Wisconsin.
Il-pulizija qalu, “Aħna wegħdna li nirritornaw lil Jayme d-dar u llejla nkunu nistgħu nwettqu din il-wegħda”.
Il-Pulizija ma tawx iktar dettalji dwar dan il-każ, però huma mistennija jagħtu aġġornament iktar tard illum.