Tfajjel ta’ 14-il sena qala’ daqqiet ta’ sikkina u nstab ferut f’Waltham Forest.
L-investigaturi huma tal-fehma li l-mutur kien involut f’kolliżjoni ma’ karozza. Konsegwentement, tlett irġiel ħarġu mill-karozza, qatlu liż-żgħażugħ u baqgħu sejrin.
Huwa miet fuq il-post u l-qraba tiegħu ġew infurmati. F’dan l-istadju, ħadd għadu ma ġie arrestat.
Mara li tgħix f’din l-akkwata qalet li l-kriminalità sejra mill-ħażin għall-agħar. Kompliet billi qalet li qed tittama li titlaq mill-akkwata.
“Kull sena, kull xahar, dejjem jiġri xi ħaġa. Dejjem hemm xi qtil. Jiena għandi t-tfal żgħar u mhux qed nara futur pożittiv f’din l-akkwata biex huma jkunu sikuri.”
“Bħal ħafna nies irridu nġemmgħu u mmorru ngħixu post ieħor.