Ilbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija seħħ inċident fi Triq is-Salini, n-Naxxar.
Tuneżin ta’ madwar 40 sena u residenti Buġibba, weġġa’ waqt li kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha, wara li dan kellu impatt ma’ vettura ta’ l-għamla Isuzu ELF, misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena residenti f’Santa Venera.
Tifel ta’ 13-il sena li kien passiġġier fil-vettura tal-għamla Isuzu sofra xi ġrieħi fl-istess incident.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Mater Dei. Iktar tard ir-raġel ta’ 40 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt li t-tifel ta’ 13-il sena sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.