Is-sena 2016 se tibqa’ mmarkata bħala waħda mill-aktar snin li fija rrapportajna fatalitajiet bi 22 persuna tilfu hajjithom. Dwar dan is-suġġett tkellem aktar fid-dettall l-ispettur Sergio Pisani waqt One News Breakfast, huwa spjega li kien għoxrin sena ilu li saru l-istess numru ta’ fatalitajiet.
Waqt id-diskussjoni ħareġ biċ-ċar li l-mobile waqt is-sewqan jibqa wieħed mill-aktar fatturi perikolużi li jista jwassal għal inċidenti serji. Intant f’dawn iż-żmien ta’ festi, l-konsum tal-alkoħol jiżdied ġmielhu u l-appell biex ħadd ma jixrob u jsuq reġa kien mtenni, bl-Ispettur Pisani jgħid li t-testijiet tan-nifs se jkunu qed isiru matul il-ġurnata kollha.