Wara ġimgħa mit-traġedja tal-ajruplan li waqa’ f’ pajjiżna, l-investigazzjonijiet waslu fi stadju li jistabbilixxu uffiċjalment l-identitá tal-ħames vittmi.
Dawn l-investigazzjonijiet huma mitluba mill-investigaturi għaliex ma jqisux il-lista ta’ persuni abbord l-ajruplan, li tinħareġ mat-tluq tal-ajruplan mill-ajruport, bħala uffiċjali sakemm l-identita ma tkunx stabbilita mingħajr l-ebda dubju.
It-test tad-DNA qed isir billi jitqabbel dak misjub fost il-fdalijiet wara l-inċident mal-kampjuni tad-demm tal-qraba tagħhom. It-testijiet fuq il-qraba saru fl-istess ġurnata li dawn waslu Malta akkumpanjati minn uffiċjali tal-Gvern Franċiz.
Jirriżulta li l-investigaturi għandhom wkoll għad-dispożizzjoni tagħhom, fdalijiet tal-ajruplan li nġabru f’kontejner għal referenza.
Imkejjen t’ esperjenza viċin il-Forzi Armati ta’ Malta stqarru ma’ ONE News li filwaqt li l-ajruplan kien ilu Malta madwar ħames xhur, ir-ronda li telaq biex jagħmel ilha ssir snin is-snin.
F’ dan l-istadju tal-investigazzjoni, għadhom konsistenti l-indikazzjonijiet li juru li din it-traġedja kienet każ aċċidentali fejn marret xi ħaġa ħażina fl-ajruplan.
Apparti l-inkjesta maġisterjali, għaddejjin investigazzjonijiet oħra fosthom dik ta’ natura ċivili mill-qasam tal-avjazzjoni li tista’ tattira wkoll l-interess tal-Istati.