Il-linja tal-ajru Japan Airlines se tintroduċi sistema ġdida ta’ test tan-nifs għall-bdoti tagħha f’ajruporti internazzjonali.Dan wara każ li seħħ ix-xahar li għadda meta pilota impjegat ma’ Japan Airlines ġie arrestat fl-ajruport ta’ Heathrow f’Londra għax kien taħt l-effett tal-alkoħol.
It-test sab li xorob disa’ darbiet iktar mil-limitu legali tal-alkoħol.
Din il-miżura ttieħdet ukoll wara li numru ta’ titjiriet tal-istess linja tal-ajru ttardjaw għax il-bdoti kienu fis-sakra.