Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista issa huwa ffaċjat b’test ieħor jekk verament irid juri li l-Partit Nazzjonalista qed jinbidel biex jerġa’ jikseb il-kredibbiltà.
Karol Aquilina, wieħed mid-deputati tiegħu, ħareġ jattakka l-inkjesta Egrant li mexxa l-Maġistrat Aron Bugeja u li l-Kap tal-Oppożizzjoni nnifsu tkellem dwar is-serjetà tagħha u l-integrità dwar min għamilha.
Dan ifisser li fil-grupp parlamentari nazzjonalista għad hemm min irid jimmina l-ġustizzja u bis-skiet tiegħu Adrian Delia jkun qed iħallih jagħmel dan.
B’hekk f’dan l-istadju żdied test ieħor għal Adrian Delia.
L-ewwel test hu li għad irid iġiegħel lil Simon Busuttil jerfa’ r-responsabbiltà talli kien parti mill-ikbar frame up politiku u t-tieni li b’mod immedjat jikkundanna l-aġir ta’ Karol Aquilina.
Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li jekk ma jgħamilx dan Adrian Delia ma jkunx kredibbli meta jgħid li l-Partit Nazzjonalista jrid jinbidel.