“Adrian Delia u n-nies tiegħu ħolqu divizjoni kbira fil-Partit Nazzjonalista li ir-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kien inevitabbli.”
Hekk iddikjara Jeremy Gingell tesserat fil-Partit Nazzjonalista, li ġimgħatejn qabel jittieħed il-vot fit-tmexxija ta’ Adrian Delia, ħass li għandu jikteb artiku fuq it-Times of Malta.
Gingell irrakonta kif fl-2017 meta l-Partit Nazzjonalista tilef l-elezzjoni ġenerali, l-moral kien baxx ħafna. Kien hemmhekk li daħal fix-xena Adrian Delia. B’Gingell jkompli jirrakonta kif kien iltaqa ma’ Delia u beda jgħinu fil-kampanja għat-tellieqa għal Kap.
Kollox kien sejjer sew fil-kampanja, sakemm l-blogger Daphne Caruana Galizia ħarġet allegazzjonijiet serji dwar Delia, li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjin mill-prostituzzjoni.
Jeremy Gingell qal li kien ilu jsegwi ix-xogħol investigattiv ta’ Daphne Caruana Galizia, u taqbel jew ma taqbilx magħha, ma tistax qatt tattakkaha għax huwa aġir anti-demokrattiku.
Kien wara li Adrian Delia sejjaħ lil Caruana Galizia bħal biċċa blogger, li beda jiġih id-dubji tiegħu dwar Adrian Delia. Hu l-aġir tiegħu ma kien qiegħed juri xejn li jrid New Way għal Partit Nazzjonalista.
Gingell kompla jirrakonta li biex l-affarijiet ikomplu jiggravaw, ħarġet l-istorja li Adrian Delia ma jħallasx it-taxxa.
Persuna li kien qed jaspira li jkun Kap tal-Oppozizzjoni, u jaspira li jsir Prim Ministru ma jistax jkollu qatt allegazzjonijiet hekk – iddikjara dan it-tesserat nazzjonalist.
Kien hawnhekk li irrealizzajt, li Adrian Delia mhuwiex il-persuna ideali sabiex imexxi l-Partit Nazzjonalista u waqaft ngħinu fil-kampanja għall-Kap, kompla jżid Jeremy Gingell.
Kien hawnhekk li dan it-tesserat nazzjonalist innota l-iżball li jagħmel Adrian Delia li l-ewwel iddeċieda li jwarrab lill-kap preċedenti Simon Busuttil.
Dan kollu juri li Adrian Delia u n-nies tiegħu ħolqu divizjoni kbira fil-Partit Nazzjonalista li irrizultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew kien inevitabli – akkuzah Gingell.
“This is just the tip of the iceberg.” Iddikjara Gingell, li kompla jżid li Adrian Delia għandu problema fil-persuna tiegħu.
Il-valuri li qiegħed jittrasmetti Adrian Delia qed joħolqu kunflitt fil-Partit Nazzjonalista, kompla jżid Jeremy Gingell.
Kompla jżid li – ir-riżultati elettorali juru biċ-ċar li Adrian Delia mhux postu bħala Kap.
Jeremy Gingell innota li Adrian Delia bgħat messaġġ ta’ dgħufija meta ma riedx jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija.
Fl-aħħar Jeremy Gingell ħeġġeġ lill-kunsilliera sabiex jirrispettaw l-valuri vera tal-Partit Nazzjonalista u jġibu quddiemhom l-Partit Nazzjonalista meta jwieġbu għal mistoqsija li għandhom quddiemhom.