L-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti u r-Renju Unit qed isejħu għall-waqfien mill-ġlied bejn l-Iżrael u l-Palestina wara li fl-aħħar sigħat iż-żewġ partijiet wettqu attakki fuq xulxin. Rapporti qed jgħidu li 22 persuna nqatlu f’Gaża f’dawn l-attakki.
It-tensjoni bejn iż-żewġ partijiet fl-aħħar jiem, eskalat it-Tnejn filgħaxija, tant li militanti Palestinjani sparaw rokits fid-direzzjoni tal-belt ta’ Ġerusalemm. Il-militar tal-Iżrael wieġeb b’attakki mill-ajru fuq Gaża. Uffiċjali qalu wkoll li 15-il uffiċjal tal-Hamas inqatlu wkoll.