Il-Forzi Kurdi Sirjani fis Sirja qalu li l-Gvern Sirjan ser ikun qed jibgħat l-armata tiegħu sabiex iwaqqaf l-offensiva tat-Turkija kontrinhom.
Dan l-aħħar żvilupp wasal wara li l-Gvern Amerikan irtira l-forzi tiegħu hekk kif qal li s-sitwazzjoni m’għadhiex kontrollabbli.
L-assalt mit-Turkija u l-President Tork Erdogan beda l-ġimgħa li għaddiet bil-għan li jelimina dak li qed isejjaħ il-kuridur tat-terrur fil-fruntiera tan-nofsinhar tat-Turkija.