Skont figuri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika Ingliż, terz tal-imwiet bil-Coronavirus fl-Ingilterra u Wales saru fid-djar tal-anzjani. In-numru ta’ ġimagħtejn ilu laħaqu l-2,000 imwiet kawża tal-virus, id-dopju tal-ġimgħa ta’ qabel. Filwaqt li hemm indikazzjonijiet illi n-numri komplew jiżdiedu matul il-ġimgħa li għaddiet.
Din id-data wasslet hekk kif l-imwiet fl-istparjiet Ingliżi naqqsu wara li ntlaħqet il-quċċata ta’ mwiet fit-8 ta’ April.
Intant illum ħaddiema tas-saħħa mal-kumplament taċ-ċittadini Ingliżi għamlu minuta silenzju għall-ħaddiema tas-saħħa u ħaddiema oħra li kienu fuq quddiem il-ġlieda kontra l-Coronavirus u li tilfu ħajjithom kawża tal-istess virus.