Transport Malta flimkien mal-Awtorita` għar-Riżorsi u l-Ambjent u l-Awtorita` Maltija għat-Turiżmu, iddikjaraw li ż-żona fejn kienet it-Tieqa tad-Dwejra hija żona fejn il-baħħara, l-għaddasa u l-għawwiema għandhom jevitaw sakemm isir l-istħarriġ u l-ispezzjoni li hemm bżonn biex jiġi żgurat li m’hemmx riskji għas-sigurtà ta’ kulħadd u għall-konservazzjoni.
Transport Malta ħarġet avviż lill-baħħara f’dan ir-rigward. Il-waqa’ tat-Tieqa tad-Dwejra għamlet bidla f’qiegħ il-baħar u fit-topografija tal-ilma fl-inħawi u għalhekk il-baħħara huma avżati biex ma jersqux lejn iż-żona.