Għexerien ta’ persuni nqatlu wara attakk militari li seħħ fil-belt ta’ Palma li tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-Mozambique.
Kelliem għad-dipartiment tad-difiża tal-pajjiż tenna li seba’ mill-vittmi nqatlu huma u jippruvaw jaħarbu waqt attakk li kien qiegħed iseħħ f’lukanda.
Mijiet ta’ persuni oħra inkluż turisti fortunatament ġew salvati.
Xhieda li esperjenzaw dan sostnew li dawn l-akwati kienu ilhom jinsabu fil-mira ta’ diversi attakki minn nhar il-Erbgħa li għadda.
Dan filwaqt li ddeskrivew kif kellhom jistaħbew fuq bajja mimlija iġsma mingħajr irjus sakemm tiġi dgħajsa biex issalvahom.
Minn sit li juri l-andament tat-traffiku fuq il-baħar wieħed seta’ jinnota numru ta’ dgħajjes madwar Palma u l-port ta’ Pemba fin-nofsinhar tal-pajjiż.
Infatti wieħed seta’ jinnota li bosta nies kienu qed jieħdu kull ċans li jiġihom sabiex jaħarbu b’kwalunkwe mezz ta’ opra tal-baħar possibbli inkluż bastimenti tal-merkanzija, dgħajjes tal-pass u anke dawk privati u vapuri tal-irmonk.