Eks kmandant tal-Istat Iżlamiku ngħata sentenza ta’ għomor il-ħabs fl-Ungerija wara investigazzjoni konġunta bejn l-iskwadra ta’ kontra t-terrożmu ta’ Malta u l-Pulizija Ungeriża.
Il-Qorti Ungeriża sabet lill-Hassan Farhoud ħati f’reati kontra l-umanità kif ukoll minn tal-inqas każ wieħed li jinvolvi l-qtugħ ir-ras ta’ persuna.
Ir-raġel ġie arrestat mal-wasla tiegħu f’Budapest sentejn ilu fuq reati ta’ dokumenti foloz madankollu informazzjoni miskuba mis-servizzi tal-Intelliġenza Belġajna wasslu għar-rabtiet mar-raġel mal-Istat Iżlamiku.
Fis-snin ta’ qabel huwa wkoll kien issentenzjat f’Malta wara li nstab b’dokumenti foloz u ngħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża u ġie ordnat biex jitlaq minn Malta immedjatament.