Terrimot qawwi fuq skala rikter ta’ sebgħa punt erbgħa fil-Messiku, ikkawża paniku sħiħ u ġarraf diversi binjiet f’sitt stati Messikani.
Liema terrimot sewa l-ħajja ta’ minn tal-inqas ħames persuni.
Bosta pazjenti kellhom jiġu evakwati mill-isptarijiet. Filwaqt li ħaddiema tas-salvataġġ ma kellhomx aċċess għal dawk il-villaġġi remoti li huma fost l-agħar milquta.