Membri ta’ salvataġġ għaddejjin bi tfittxija fi sptar Indoneżjan wara li waqa’ biċċa minnu, minħabba terremot li laqat il-gżira ta’ Sulawesi fejn b’kollox ħalla mill-inqas 34 persuna mejta.
It-theżżiża li tkejlet 6.2 fuq skala richter, seħħet il-Ġimgħa filgħodu. Din kienet segwita minn terrimoti oħra żgħar.
Kawża ta’ dan it-terremot mijiet ta’ nies spiċċaw midruba u eluf spiċċaw b’ta’ fuqhom senduqhom.
Tmien persuni mietu u madwar 60 persuna ġew evakwati b’mod sigur mill-isptar.