Fl-Indoneżja, minn tal-inqas 162 persuna, li l-maġġoranza taħghom huwa tfal, tilfu ħajjithom waqt terrimot li seħħ ilbieraħ u li laħħaq il-5.6 fuq l-iskala Richter.
Il-ħaddiema tas-salvataġġ mill-ewwel issoktaw bit-tfittxijiet għall-persuni maqbuda qalb it-tifrik, fil-fatt, s’issa instabu 300 persuna midruba.
Il-pulizija tal-Indoneżja wkoll qed tgħin fi tfittxijiet, l-aktar fir-raħal minn fejn beda t-terrimot. Dan ir-raħal, li jinsab qalb il-muntanji fil-Punent ta’ Java, joqgħodu fih 175,000 persuna.
Xi residenti għadhom maqbuda fi djarhom, li ġġarrfu, għalhekk mhux eskluż li n-numru ta’ fatalitajiet u persuni midruba jiżdied mal-jum.
Ritratt: AP/Kholid