Terrimot ta’ 6.7 fuq l-iskala Richter fiċ-Ċilì ħalla lil 200,000 persuna mingħajr elettriku u żewġ persuni kienu rrappurtati mejta b’attakk tal-qalb.
Dan it-terrimot ġiegħel lill-awtoritajiet jibdew proċess ta’ evakwazzjoni minħabba l-possibilità ta’ tsunami. Il-Pulizija qalet li raġel anzjan u mara mietu kawża ta’ attakk tal-qalb.
It-terrimot kkawża ħsarat żgħar lill-binjiet antiki fil-belt ta’ La Serena li hija popolari ħafna fit-Tramuntana ta’ Santiago.
Iċ-Ċilì jinsab f’dak li huwa magħruf bħala ċ-“Ċirku tan-nar”, fejn għandu storja twila ta’ terremoti li għamlu ħafna ħsara. Biss, biss fl-2010 terremot ta’ 8.8 fuq l-iskala Richter kkawża tsunami li għerreq l-ibliet tal-kosta.