Fl-Italja tkompli l-biża, hekk kif terremot ta’ qawwa 4.3 inħass għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ dalgħodu f’Perugia, l-istess inħawi fejn seħħ terremot ieħor, li ħataf il-ħajja ta’ 292 persuna. Fil-ħamsa u għoxrin, sar terrmot ieħor ta’ qawwa 3.0.
Partijiet antiki oħrajn, dawk li kienu għadhom intatti, komplew jiġġarrfu. In-nies ta’ Norica ħarġu fit-toroq imwerwra iżda ma kien ebda mwiet din id-darba.
Inant, fuq nota aktar pożittiva, wara għaxart’ijiem infetaħ mill-ġdid il-pont Tre Occhi f’Amatrice – struttura kruċjali għat-trasport minn u lejn dan il-post li jinsab f’luttu qawwi. Aktarx li issa se jissemma “Ponte della Rinascita”, jiġifieri l-qawmien mill-imwiet.