Terremot qawwi ta’ 7.4 fuq l-iskala Richter laqat lit-Tajwan.
Qed jiġi rrapurtat li s’issa dan it-terremot ħasad il-ħajja ta’ erba’ persuni u madwar sebgħa u ħamsin persuna sfaw midruba.
Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ biex jinħarġu n-nies minn taħt it-terrapien minħabba li b’kawża tat-terremot ħafna bini ġġarraf.
L-awtoritajiet qalu li t-terremot wassal biex jinħarġu twissijiet ta’ tsunami fil-gżira u anka fil-pajjiżi tal-madwar però dawk l-avviżi issa tneħħew.
Dan it-terremot qed jiġi rreġistrat bħala l-akbar terremot fl-aħħar ħamsa u għoxrin sena fit-Tajwan.