Il-kantanti Jennifer Lopez ta’ 47 sena u Drake, ta’ 30 sena, donnhom iridu jikkonfermaw li qed joħorġu flimkien.
Kull min isegwi l-intriċċi fid-dinja tal-ispettaklu ikkonkluda dan wara li kien ippublikat ritratt fuq il-paġni uffiċjali tagħhom ta’ Instagram.
Dan kollu hu mifhum li jirrita bi kbir lill-kantanta Rihanna, eks maħbuba ta’ Drake. Diġa’ kien hemm min beda jinkwieta li ġej xi terremot, wara li Rihanna għamlet il-pass li kull min huwa iffissat fid-dinja tal-media soċjali jgħidlek li huwa simili daqs li kieku wettaqt xi reat fil-konfront ta’ dak li jkun: għamlitilha unfollow.
Drake u Rihanna ilhom żmien twil, snin anzi, joħorġu flimkien u jiefqu, imbagħad jerġgħu jibdew. Issa Drake jidher li sab l-imħabba ma’ Lopez, li għandha 19-il sena aktar.