Terremot qawwi laqat il-kosta tat-Turkija qrib l-Aegean u kif ukoll il-gżejjer Griegi ta’ Lesbos.
L-epiċentru tas-6.3 fuq l-iskala Richter kien 5km ‘il bod mill-villaġġ Grieg ta’ Plomari fejn saħansitra nħassu fl-Istanbul u f’Ateni.
Diversi binjiet fil-villaġġ sofrew minn ħsarat kbar iżda s’issa ma kien hemm ebda rapporti ta’ persuni midruba.