Terremot qawwi ta’ sitta punt tlieta fuq l-iskala Richter heżżeż il-gżira ta’ Luzon fit-Tramuntana tal-Filippini bil-konsegwenza li heżżeż ukoll il-kapitali, Manila.
Jidher li b’xorti tajba ma kienet irrapurtata l-ebda ħsara.
Qed ikun irrapurtat li l-epiċentru tat-terremot kien ħames kilometri Lbiċ tal-provinċja ta’ Batangas.
Epiċentri aktar fondi normalment jikkawżaw inqas ħsara fuq il-wiċċ tad-dinja, minkejja li jistgħu jinħassu aktar.
Barra minn hekk, jidher li ma hemm l-ebda twissija ta’ tsunami.