Terremot qawwi ta’ 8.1 fuq l-iskala Richter inħass fil-Paċifiku barra mill-kosta tan-nofsinhar tal-Messiku.
F’dan l-istadju ħarġet twissija li jaf ikun hemm tsunami li jolqot lill-Messiku, Guatemala, El Salvador, Costa Rica, Nicaragua, Panama u Honduras.
It-terremot inħass f’Mexico City, b’diversi binjiet jiċċaqilqu u bosta persuni jiġru fit-toroq.
It-tregħid inħass għal madwar minuta.