Terremot qawwi li kejjel sebgħa fuq l-iskala Richter heżżeż lill-gżira ta’ Lombok fl-Indoneżja. Theżżiża qawwija biżżejjed biex ħarġet twissija ta’ tsunami.
Dan seħħ ġimgħa biss wara li terremot ieħor heżżeż lill-istess gżira u ħalla sittax-il persuna bla ħajja.
Għalkemm sa issa ma ġew irrappurtati l-ebda fatalitajiet, l-esperti qalu li hemm ċans li l-pajjiż jintlaqat minn tsunami, u ħeġġew lin-nies biex jersqu ’l bogħod kemm jistgħu mill-ibħra u l-oċeani.