Terremot b’saħħtu fil-Baħar Eġew qatel minn tal-inqas żewġ persuni fuq il-gżira Griega Kos.
B’saħħa ta’ 6.7, it-terremot seħħ tnax-il kilometru fil-grigal ta’ Kos, viċin il-kosta Torka, b’fond ta’ għaxar kilometri.Minn tal-inqas mitt persuna oħra weġġgħu filwaqt li numru ta’ binjiet saritilhom ħsara jew iġġarrfu.
Diversi nies f’Bodrum, fit-Turkija, sfaw feruti hekk kif pruvaw jaħarbu mit-terremot, li seħħ fis-01:30 ta’ dalgħodu, ħin lokali.
Għalkemm għadu ma ħarġux ismijiet, il-pulizija qalet li l-vittmi kienu ta’ nazzjonaliat Svediża u Torka. Huma mietu wara li waqa fuqhom tifrik ta’ ħitan jew bini antik li waqgħu.