L-Erbgħa filgħodu l-belt ta’ Melbourne fl-Awstralja qamet għal terremot qawwi ta’ 5.8 fuq l-iskala rikter.
It-terremot seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart tal-Erbgħa filgħodu, ħin Awstraljan.
Rapporti fuq il-midja qalu kif dan it-terremot ħalla bosta ħsarat fuq binijiet madwar il-belt, iżda l-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison iddikjara li ħadd ma miet jew weġġa’ serjament.
It-theżżiża tat-terremot inħasset ukoll fin-Nofshinar tal-pajjiż kif ukoll fi New South Wales.
Ritratt: Getty Images