Terremot qawwi li kejjel sitta punt erbgħa fuq l-iskala Richter, heżżeż lill-Kroazja u kkawża ħsara kbira fuq diversi binjiet fil-belt ta’ Petrinja.
Tifla ta’ tnax-il sena tilfet ħajjitha kawża ta’ dan it-terremot, li ħalla wkoll numru ta’ persuni midruba u oħrajn bla saqaf fuq rashom.
Residenti ta’ din il-belt iddeskrivew dak li raw madwarhom bħala xena tal-gwerra.
Dan it-terremot inħass anke f’qalb il-kontinent Ewropew lejn in-Nofsinhar tal-Awstrija. Fl-istess żona inħass terremot inqas qawwi ġurnata qabel.
Fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela wassal il-kondoljanzi tiegħu u wera s-solidarjetà man-nies tal-Kroazja f’dawn iż-żminijiet diffiċli.
Saddened by the news of a strong #earthquake in #Croatia 🇭🇷. Condolences to the families of the victims and a speedy recovery to all . #Malta 🇲🇹 stands by all #Croatians during these difficult times. – RA@AndrejPlenkovic
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) December 29, 2020