Terremot qawwi li kejjel 5.4 fuq l-iskala Richter seħħ għall-ħabta tal-10:23 fiċ-ċentru tal-Itajla.
It-terremot inħass minn Lazio f’Abruzzo, Marche u anke Ruma.
Mezzi tax-xandir Taljani qed jgħid li l-aktar zoni viċin tal-epiċentru huma Montereale (3 km bogħod), Capitignano (4 km), Campotosto (9 km), u Amatrice (9 km). Din tal-aħħar hija l-aktar belt li ntlaqtet minn terremoti dan l-aħħar.
Infatti l-epiċentru tat-terremot huwa fl-istess zona li fiha seħħ terremot qawwi ieħor nhar l-24 ta’ Awwissu. Dakinhar, terremot li kejjel 6.2 qatel mill-inqas 299 persuna.