It-tieni terremot f’temp ta’ ftit sigħat seħħ f’South Island fi New Zealand u kejjel 6.3 fuq l-Iskala Richter.
Din it-theżżiża seħħet għall-ħabta tas-00:45a.m. tat-Tnejn filgħodu, sigħat biss wara l-ewwel terremot b’qawwa ta’ 7.5 li ħalla żewġ persuni mejta.
Terremot li ħalla ħsarat infrastrutturali kbar, inkluż qtugħ fil-provista tad-dawl u l-ilma. Ir-residenti ta’ madwar Clarence River – waħda mill-ikbar xmajjar ta’ madwar iż-żona fejn seħħ it-terremot – qed ikunu mħeġġa jħallu djarhom mill-aktar fis.
Dan filwaqt li l-awtoritajiet għaddejjin b’ħidma ta’ salvataġġ fejn qed jiġu evakwati numru ta’ residenti f’żoni milquta.