Diversi persuni kellhom jabbandunaw djarhom wara terremot li kejjel 5.3 fuq l-Iskala Rikter fir-reġjun Taljan ta’ Molise. B’xorti tajba, ftit li xejn għamel ħsara.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fl-Italja kkonferma li ma kienx hemm bżonn ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ qrib l-epiċentru tat-terremot, iżda nnota ħsarat minimi f’xi binjiet.