Terremot li kejjel sebgħa punt sebgħa fuq l-iskala rikter ma ħalla ebda ħsara estensiva jew mwiet fiċ-Ċili. Dan seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta waranofsinhar, ftit iktar minn mitt kilometru ‘l bogħod mill-kosta, fin-Nofsinhar tal-pajjiż.
L-Uffiċċju Nazzjonali tas-Salvataġġ taċ-Ċile wissa lil kull min joqgħod mal-kosta biex jevakwa daru għall-ħin li ġej minħabba twissija ta’ tsunami li jista’ jolqot l-inħawi kawża tat-terremot.
Filfatt diġa kienu ntlemħu mewġ għolja tlett metri viċin tal-kosta. Madanakollu ma hemm ebda indikazzjoni ta’ mwiet jew persuni li weġġgħu f’dan kollu.