Terremot ta’ qawwa 7.1 fuq l-iskala Richter heżżeż żona fid-deżert fin-Nofsinhar ta’ Kalifornja. L-akbar theżżiża li qatt inħasset tul dawn iż-żewġ diċenji.
Il-każ seħħ 240 kilometru ‘l bogħod minn Los Angeles fejn hu rrappurtat li l-Ħamis li għadda nħasset theżżiża ta’ qawwa 6.4 fuq l-iskala Richter.
Kien hemm rapporti ta’ qtugħ ta’ dawl wara din it-theżżiża filwaqt li wara t-theżżiża ta’ nhar il-Ħamis kien hemm residenzi li sofrew xi ħsarat.