Il-Prim Ministru esprima s-soledarjeta’ tiegħu mal-poplu u l-Gvern Taljan wara t-terrimot f’Ischia,
Ftit tal-ħin ilu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili salvaw it-tielet tifel ta’ 11-il sena li kien maqbud taħt it-terrapien wara t-terrimot f’Ischia. Iktar kmieni filgħodu tissalva tarbija ta’ 7 xhur.
Sfortunatament ġie identifikat katavru ta’ mara. B’hekk jitla’ għall-tnejn in-numru ta’ vittmi. Mara oħra tilfet ħajjitha u bosta persuna oħra ndarbu kawża ta’ terremot li tard it-Tnejn filgħaxija laqat il-gżira turistika ta’ Ischia fl-Italja.
It-terremot li seħħ il-bieraħ għall-ħabta tad-9.00 p.m. kellu saħħa ta’ 4 fuq l-iskala richter.
Rapporti fil-midja Taljana qalu li mijiet ta’ nies ħarġu ‘l barra minn djarhom waqt li ċ-ċentru ta’ Ischia spiċċa bla dawl.
It-terremot wassal ukoll biex jiġġarrfu għadd ta’ binjiet fosthom il-knisja tal-Purgatorju li spiċċat ġarrbet ħsarat kbar.
L-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA qed tirrapporta li t-terremot ħalla bosta persuni midruba waqt li l-forzi tal-ordni, fosthom il-pulizija u l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili qed jagħmlu l-almu tagħhom biex jagħtu l-ewwel għajnuna lil dawk midruba.
Xhieda fuq il-post irrakkontaw il-mumenti ta’ biżgħa li għexu meta ħassew l-art titriegħed bihom. Fid-djar u l-ħwienet tagħhom bosta oġġetti spiċċaw mal-art waqt li r-residenti tal-gżira u t-turisti ħarġu jiġru ‘l barra mid-djar, il-ħwienet u r-restornati.
Malli ġie lura d-dawl, bdiet il-verifika biex tiġi stabbilità l-ħsara li saret u dan bil-biża’ li l-gżira għad tista’ terġa’ tintlaqat minn terrimot ieħor.
La nostra solidarieta’ e vicinanza al popolo e governo Italiano dopo il terremoto di #Ischia -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) August 22, 2017